Carmelo Abela Jiftaħ Libell Kontra Jason Azzopardi

 Carmelo Abela Jiftaħ Libell Kontra Jason Azzopardi

Il-Qorti fetħet b’urġenza bejn il-Ġimgħa u s-Sibt sabiex tilqa’ libell li l-Ministru Carmelo Abela fetaħ kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Dan wara li l-istess Azzopardi għamel diversi allegazzjonijiet fil-konfront t’ Abela, fejn implika li l-Ministru Laburista kellu x’jaqsam mal-attentat ta’ serqa li sar fuq il-bank HSBC fil-passat.

Abela ċaħad dan kollu, filwaqt li ddeskriva dak li sar minn Azzopardi bħala gideb malafamanti u moqżież.

Il-Ministru Laburista qal li dan il-libell infetaħ sabiex hu jiddefendi l-integrità tiegħu billi jittieħdu passi legali legali kontra dak li kiteb Jason Azzopardi.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com