David Beckham B’Messaġġ Mill-Isbaħ Lil Martu Victoria Beckham

Ilbieraħ is-17 ta’ April ħabat għeluq snin Victoria Beckham, li għalqet 47 sena.
Żewġha David Beckham tella’ fuq il-midja soċjali awgurju mill-isbaħ lil martu Victoria fejn qalilha li hi l-aqwa omm għal uliedu u l-aqwa mara għalih.
“Awguri mama ❤️ inħobbuk ħafna u jixraqlek l-aqwa jum possibbli… lil aqwa omm u mara, awguri fl-għeluq is-47 sena tiegħek 🙃 @victoriabeckham (bilħaq jien għad għandi 45 sena) 😆 inħobbuk! x” – kiteb David Beckham permezz ta’ instagram, f’ismu u f’isem l-erba’ ulied tal-koppja Brooklyn, Romeo, Cruz u Harper.
View this post on Instagram