€178,500 F’Kumpens Għall-Familja Ta’ Matthew Psaila Li Għereq F’Chadwick Lakes

 €178,500 F’Kumpens Għall-Familja Ta’ Matthew Psaila Li Għereq F’Chadwick Lakes

Il-familja tas-suldat li kien tilef ħajtu traġikament fiċ-Chadwick Lakes se tingħata €178,500 f’kumpens wara li l-Forzi Armati ta’ Malta nżammet responsabbli għall-inċident.

Psaila kellu 19-il sena meta miet fis-16 ta’ Frar 2009 waqt li flimkien ma’ kollegi tiegħu kien qed jieħu sehem f’eżerċizzju bil-lejl u għereq fiċ-Chadwik Lakes.

Il-koppja Anthony u Mary Anne Psaila u binhom Joseph fetħu l-kawża kontra l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati kif ukoll il-Logutenent Christian Vella, il-Kurunell Ian Ruggier, Gunner Johann Cachia, il-Logutenent Kurunell Mario Borg u l-Prim Ministru.

L-Imħallef Joanne Vella Cuschieri kkonkludiet li għalkemm huwa minnu li Psaila naqas li jinforma lis-superjuri tiegħu li ma kienx jaf jgħum imma min għamel hekk xorta kien ordnat jagħmel l-eżerċizzju mingħajr ma ngħata apparat ta’ saħħa u sigurtà tant li suldat ieħor ukoll kellu l-problemi f’saħħtu.

Wara li sabet diversi nuqqasijiet min-naħa tal-armata, l-Imħallef Vella Cuschieri kkonkludiet li Psaila kien jaħti għal 20% tal-inċidnet u l-Forzi Armati għal 80% u ordnat lill-Kap Kmandant jagħti €178,500 lill-familja Psaila.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com