“Emilia Għaddiet Minn Operazzjoni F’Qalbha U Issa Qed Tieħu L-Kura Minhabba Leukemia” – Puttinu Cares
Fl-aħħar jiem Puttinu Cares qasmu fuq il-midja soċjali l-istorja ta’ Emilia, tifla ta’ 11-il xahar.
Emilia bħalissa tinsab ġewwa Rainbow Ward, flimkien ma’ ommha u missierha. Minkejja l-età tenera tagħha, hija diġà għamlet operazzjoni f’qalbha u bħalissa qed tieħu l-kura għall-leukemia, li hija marda kkawżata minn kanċer fid-demm.
Puttinu Cares stqarru li “minkejja dan kollu l-ġenituri tagħha qed jiġġieldu b’imħabba kbira”.
Minkejja li Puttinu Cares huma sinonimi mal-Ġimgħa l-Kbira u minkejja li f’dan il-jum diversi persuni jaħsbu fis-sofferenzi ta’ ħaddieħor, sfortunatament it-tbatija ma tieqafx mal-Ġimgħa l-Kbira u tibqa’ għaddej matul is-sena. B’hekk, f’Jum il-Għid, StradaRjali.com qed iħeġġek sabiex tgħin lil Puttinu Cares biex ikunu jistgħu jkomplu jgħinu tfal bħal Emilia.