Erba’ Saċerdoti Ġodda Għall-Knisja F’Malta

 Erba’ Saċerdoti Ġodda Għall-Knisja F’Malta

Nhar is-Sibt 8 ta’ Mejju se jkunu ordnati 4 saċerdoti ġodda.

Dawn huma Roderick Baldacchino u Jean-Claude Schembri miż-Żejtun, Joshua Cortis mill-Ħamrun u Mark Scicluna mill-Ordni tal-Kapuċċini.

L-ordinazzjoni se ssir fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu f’Raħal Ġdid.

Fi stqarrija maħruġa mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, intqal li l-Insara huma mistiedna biex jingħaqdu f’mument ta’ talb għal vokazzjonijiet.

Dan se jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Seminary Vocations Centre’ nhar il-Ħamis, 6 ta’ Mejju fis-19:30, u se jsir quddiem il-Knisja ta’ Santa Liberata fil-Kalkara, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com