F1 – Verstappen Jirbaħ it-Tieni GP Tal-Istaġun

 F1 – Verstappen Jirbaħ it-Tieni GP Tal-Istaġun

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen rebaħ it-tieni gran prix tal-istaġun meta ilbieraħ fuq iċ-ċirkwit ta’ Emilia Romogna f’Imola l-Italja spiċċa fl-ewwel post minkejja tiġrija li kienet iddominata min numru ta’ inċidenti. L-Olandiż kien segwit mis-sewwieq brittaniku Lewis Hamilton li wara żball rari irnexxilu jikrupra u jispiċċa fit-tieni post fuq il-podju. It-tielet u l-aħħar post fuq il-podju kisbu Lando Norris tal-McLaren.

Jidher li ser jkunu Verstappen u Hamilton li ser jiddominaw il-Kampjonat ta’ din is-sena wara li dawn rebħu gran prix kull wieħed filwaqt li spiċċaw t-tieni fil-gran prix li ma rebħux.

Fiż-żona punti spiċċaw id-duo tal-Ferrari Charles Leclerc u Carlos Sainz Jnr segwiti minn Daniel Ricciardo (McLaren), Pierre Gasly (AlphaTauri), Lance Stroll (Aston Martin), Esteban Ocon (Alpine) u Fernando Alonso (Alpine).

Il-Gran Prix li jmiss isir fit-2 ta’ Mejju f’Algarve fil-Portugall.

 

Ritratt: The Guardian

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com