Fl-Iran it-Televiżjoni Jaqta Logħba Futbol 100 Darba Għax Waħda Mill-Uffiċjali Kienet Mara U B’Saqajha Barra
Mara fl-Iran trid tkun mgħottija kollha, saħansitra telespettaturi rġiel fil-pajjiż lanqas ċans żgħir jaraw parti minn sieq mara waqt logħba futbol ma’ jistgħu.
It-trasmissjoni l-Ħadd li għadda fuq l-istazzjon tal-istat fil-pajjiż tal-partita mill-Premier League Ingliż bejn Tottenham Hotspur u Manchester United twaqqfet mal-mitt darba kull meta d-direazzjoni nternazzjonali inkwadrat lill-Assistant referee fil-partita, li nzertat femminili, Sian Massey-Ellis.
Kull meta l-Assistant Referee bdiet tidher fuq l-iscreen, id-direzzjoni Iranjana kellha aerial still shot bla sens ta’ barra l-iStadium fejn kienet qed tintlgħab il-logħba bl-iskop li Massey-Ellis tiġi għal kollox eliminata mix-shot.
Fi tmiem il-partita saħansitra kien hemm min ikkumenta li jittama li l-partitarji ħadu gost bid-dokumentarju ġejografiku dwar dil-parti xejn attrajenti ta’ Londra, għaliex dax-shot milli jidher kien repetittiv wisq tul id-90 minuta tal-logħba.
Iċ-ċensura hija parti mill-kultura u d-DNA tal-Iran, filfatt diġa kien hemm stanzi oħra fil-passat fejn ġraw affarijiet simili, fosthom logħba skedata fuq l-istazzjon tal-Istat Iranjan mill-Bundesliga sentejn ilu bejn Bayern Munich u Augsburg, liema trasmissjoni qatt ma’ bdiet għas-sempliċi raġuni li l-uffiċjal tal-partita kienet ukoll mara, Bibiana Steinhaus.