Fl-10.30 Il-Prim Ministru Se Jħabbar Ir-Rilaxx Ta’ Diversi Miżuri – X’Inhuma?
F’Konferenza tal-aħbarijiet li se jindirizza fl-10.30 il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jħabbar ir-rilaxx ta’ diversi miżuri li kienu daħlu fis-seħħ f’Marzu.
Fost dak li mistenni jħabbar il-Prim Ministru hemm li nhar it-Tnejn ser jiftħu mill-ġdid l-iskejjel waqt li mistennija jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.
Fil-konferenza il-Prim Ministru mistenni jħabbar ukoll il-pjan għall-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti u l-ħwienet mhux essenzjali.