FPPN Inkwetat Bid-Differenza Fil-Pagi Bejn Il-Maltin U L-Għawdxin
Il-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista qal li jinsab inkwetat biż-żieda fid-differenza bejn il-pagi tal-Maltin u tal-Għawdxin.
Fi stqarrija, il-Forum qal li din hija ta’ interess kbir għall-ħaddiema li huma impjegati Għawdex, għax hija forma ta’ diskriminazzjoni.
Kien kwotat il-Labour Force Survey, li fis-sena 2019 bħala medja, l-paga annwali ta’ ħaddiem impjegat f’Malta kienet ta’ €2,000 għola minn dik ta’ ħaddiem impjegat f’Għawdex, filwaqt li jaghmlu l-istess tip ta’ xoghol.
Intqal li din id-differenza fil-paga hija evidenti fuq livelli differenti ta’ impjiegi, għaliex taffettwa kemm dawk l-individwi li għandhom karriera stabbilita u kemm dawk iż-żgħażagħ li għadhom fil-bidu tal-karriera.
Il-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern ftit għamel sabiex jindirizza d-differenza fil-paga bejn l-impjiegi Maltin u dawk
Għawdxin.