Frodat Lill-Ġara Tagħha €90,900 B’Ċekkijiet Iffirmati Mill-Vittma

 Frodat Lill-Ġara Tagħha €90,900 B’Ċekkijiet Iffirmati Mill-Vittma

Mara mir-Rabat ġiet ordnata mill-Qorti biex tħallas lura iktar minn €90,000 li serqet mingħand il-ġara tagħha.

Dan wara li Michelina Grech, li għandha 60 sena, instabet ħatja li kitbet isimha fuq ċekkijiet vojta li ffirmatilha l-istess ġara.

Il-każ imur lura għal bejn Diċembru 2014 u Awwissu 2015, u fil-Qorti ġiet mixlija li żammet għalija flus tal-anzjana, li ffrodatha u li serqitilha l-flus.

Kien ħu l-vittma li skopra biċ-ċekkijiet t’ oħtu maħruġin f’isem Lina Grech, b’din tal-aħħar tkun l-istess persuna li kienet tgħin lill-vittma fix-xogħol tad-dar sakemm marret tgħix f’residenza tal-anzjani.

Għal bidu, ix-xogħol minn kien bla ħlas, biex imbgħad bdiet tieħu €200 fix-xahar, u sussegwentamet, diċ-ċifra għoliet għal €400 fix-xahar.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija instab ukoll li ż-żewġ nisa marru f’bank u għalqu l-kontijiet fixed tal-vittma, filwaqt li nfetħu oħrajn savings. Hawnhekk, il-vittma ffirmat numru ta’ ċekkijiet, b’ Grech tikteb isimha fuqhom u li ammontaw għal total ta’ €90,900.

Saħansitra, il-Pulizija rriżultala wkoll li l-vittma kienet ħalliet €100,000 lil Grech fit-testment tagħha, iżda dan inbidel meta ndunat x’għamlet Grech.

B’riżultat ta’ dan kollu, il-Qorti sabet lill-akkużata ħatja li ffrodat u serqet lill-anzjana, filwaqt li kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Apparti l-flus li kellha tħallas lura, il-Qorti qalet lil Grech li jekk iddejjaq lill-vittma bi kwalunkwe mod, kienet se tkun immultata €2,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com