Futbol F’Għawdex – Il-Maġġoranza tal-Klabbs Jaqblu Li Ma Jkomplux
Hekk kif ilbieraħ tlaqqa l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol f’Għawdex, ġie deċiż li l-Kampjonati jiġu dikjarati null, daqs li kieku qatt ma intlagħbu. Dan wara li l-awtoritajiet tas-saħħa għadhom mhumiex jippermettu l-kontinwita ta’ sport organizzat.
11 il-klabb Għawdxi ivvutaw favur li jintemmu l-Kampjonati filwaqt li 3 ivvutaw kontra. Din id-deċiżjoni issa se tkun qed titressaq quddiem il-Kumitat Eżekktuiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li ser ikun qed jitlaqqa illum.
Jekk din id-deċiżjoni tiġi approvata, allura ebda tim mhu ser jigi dikjarat ċampjin, promoss jew relegat mid-diviżjoni rispettiva tiegħu u l-klassifika preżenti ma tiswa għalxejn.
Ritratt: GFA