“Ġemgħa Ta’ Nies Biex Jaraw Is-Salut” – Indri Attard

 “Ġemgħa Ta’ Nies Biex Jaraw Is-Salut” – Indri Attard

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-personalità Indri Attard wera d-diżappunt tiegħu għall-miġemgħa li nġarbet dalgħodu fil-Belt Valletta sabiex tara s-salut iddedikat lill-Prinċep Filippu.

“U aħna ilna ma nagħmlu produzzjoni teatrali iktar minn sena. Restaurants, ħwienet u bars magħluqin. Dħul minimu u ħafna sagrifiċċji”, kiteb Attard permezz fuq il-midja soċjali.

Huwa sellem il-memorja tal-Prinċep u b’sarkażmu qal li “jekk nibqgħu sejrin hekk ma ndumux ma niġu ħdejk kollha kemm aħna, mhux bl-età iżda bil-ġuħ”, hekk kif diversi persuni li bħal Indri jaħdmu fis-settur tad-divertiment issa ilhom diversi xhur bi dħul baxx minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com