Ġew Pożittivi Għall-Covid Hekk Kif Kienu Qed Ilestu Biex Jiġu Lura Malta
Malti li flimkien ma’ martu marru l-Indja biex jadottaw tifla, irriżultaw pożittivi għall-virus hekk kif kienu qed iħejju biex jerġgħu lura lejn Malta.
Saħħet ir-raġel iggravat il-ġimgħa li għaddiet, tant li anke t-tobba kienu qed jikkunsidraw li jinsab f’koma.
Fi storja rrapurtata fuq ONE News, intqal ukoll li l-Kummissarju Għoli Malti , għall-Indja, Reuben Gauci saħaq li l-Malti ta’ 49 sena se jkun evakwat mill-Indja u jinġieb lura pajjiżna hekk kif is-sitwazzjoni fi New Delhi hija waħda serja.
Huwa se jinġieb permezz ta’ ambulanza tal-ajru Franċiża.
Sadanittant, għadu mhux magħruf jekk miegħu, hux se jinġiebu wkoll martu u t-tifla.