“Għamilna Riforma Storika Li Kien Hemm Bżonn Il-kuraġġ Biex Tasal Għaliha”
Semma kif mill-Universal suffrage fl-1947 sal-lum, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-parlament tagħna ma qabżet qatt l-14%. Pajjiżna għandu biss 13 fil-mija tar-rappreżentanza fil-parlament min-nisa. Il-mira tagħna huwa li nkunu l-aqwa fl-Ewropa f’kollox. Il-medja Ewropea hija ta’ 33 fil-mija.
“Ilna snin konxji tal-problema u nitkellmu. Ħaddieħor kien jagħmel studji u rapporti biss. Id-deċiżjonijiet ma kinux jittieħdu”, spjega l-Prim Ministru fejn qal li dan huwa pass storiku.
Dan il-mekkaniżmu ġdid mhuwhiex kwoti. Irridu naraw fhiex ħa jissarraf. Persuna li tikkontesta fl-elezzjoni ġenerali se tiġi eletta bl-istess sistema kif kienet fil-passat u dan ifisser li mhux l-irġiel se jkollhom żvantaġġ.Meta mbagħad jintemm il-proċess elettorali, jekk għandek sess wieħed li huwa rappreżentant b’anqas minn 40% fil-mija se jkun tan-nisa. Hemmhekk se jkun hemm korezzjoni fejn massimu ta’ 12-il siġġu se jkunu allokati bejn iż-żewġ partiti u rridu nħarsu lejn it-target ambiżjuż ta’ 33% tal-medja Ewropea. Hekk tenna l-Prim Ministru Abela.
Semma kif għalkemm l-Opożizzjoni vvutat favur, l-għada jkollok membru fl-Opożizzjoni li joħroġ xettiku u juru li “kienu kontra fil-fond ta’ qalbhom dwarha.” Hawnhekk, Abela qal li jħares il-quddiem li ż-żewġ partit se jkollhom kandidatura ta’ stoffa biex id-demokrazija tibqa’ tissaħħaħ.