“Għamilt Ġurnata Nirrispondi T-Telefonati Tan-Nies” Renato Micallef
Bil-permess Renato Micallef, dalgħodu StradaRjali.com ħabbret b’mod esklussiv li l-kantant maħbub mal-Maltin u l-Għawdxin se jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
“Il-mobile ma waqafx illum u nħossni onorat li l-maġġoranża tas-segwaċi ferħuli wara li qraw l-aħbar” qalilna Renato.
Kullħadd jaf u japprezza kemm l-ispirtu ċajtier ta’ Renato u fil-fatt aċċetta mill-ewwel li jikkollabora magħna f’din iċ-ċajta, u ta dan nirringrazzjawh.
Minn naha tagħna nawguraw lil Renato ħafna aktar suċċessi, naturalment mhux fil-politika, imma fil-karriera tiegħu u fil-ħajja personali tiegħu waqt li nawguraw kull suċċess lit-3 kandiati li r-rappreżentaw lil-Malta fil-Eurovision, Claudette Buttigieg, Lynn Faure Chircop u Julia Zahra, żgur li fil-politika għandna bżonn aktar persuni bħal dawn l-artisti li huma viċin in-nies u maħbubin min-nies, għaliex wara kollox, il-politika hija min-nies għan-nies.