Għandek Bżonn Sufan? Mur Sa Ħdejn It-Trade Fair Grounds.

 Għandek Bżonn Sufan? Mur Sa Ħdejn It-Trade Fair Grounds.

Donnu l-injoranza hija l-akbar pandemija li qatt ma tfieq u li l-ebda vaċċin ma jsibilha tarf. Ittella’ ritratt fuq il-midja soċjali juri sufan u xi żibel ieħor mormi fil-parkeġġ ta’ quddiem it-Trade Fair Grounds fin-Naxxar.

Possibbli għad hawn nies ma jafux li jekk iċċempel il-bulky refuse tal-kunsill lokali, joffrulek servizz b’xejn?

Jew forsi m’għandhomx paċenzja jistennew u riedu jġibu s-sufan il-ġdid malajr kemm jista’ jkun? Min jaf!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com