Herbert Ganado Twieled Bħal-Lum…
Fis-7 t’April tal-1906 kien twieled il-politiku, ġurnalist u attivist nisrani l-Avukat Herbert Ganado. Ganado kien għal żmien twil Editur ta’ Leħen is-Sewwa.
Kien politiku Nazzjonalista u matul il-gwerra kien deportat lejn l-Uganda flimkien ma’ personalitajiet oħra Maltin.
Wara kien ingħaqad mal-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Fl-elezzjoni tal-1962 kien tela’ flimkien ma’ 3 deputati oħra. Fl-1966 irtira mill-politika.
Dr. Ganado kiteb ukoll l-awtobijografija tiegħu: Rajt Malta Tinbidel f’erba’ volumi. Huwa miet fil-5 t’April tal-1979.