“Ikkunsidrajt Li Nagħmel Suwiċidju Wara Li Binti Akkużatni B’Abbuż” – Emmanuel Camilleri

 “Ikkunsidrajt Li Nagħmel Suwiċidju Wara Li Binti Akkużatni B’Abbuż” – Emmanuel Camilleri

F’intervista esklussiva fuq Xarabank online, Emmanuel Camilleri li mar il-ħabs wara li kienet ivvintata storja li abbuża sesswalment minn bintu, Camilleri qal li kien hemm żmien fejn ikkunsidra li jagħmel suwiċidju.

Emmauel Camilleri weħel  13-il xahar ħabs wara li l-eks-mara tiegħu u bintu gidbu fuqu li abbuża sesswalment minn binthom. Fl-aħħar jiem Camilleri rebaħ €23,000 f’kumpens għal dak li għadda minnu.

Fl-Intervista ma’ Peppi Azzopardi, Emmanuel Camilleri tkellem dwar dak li għadda minnu.

Wara li l-bint ammettiet li gidbet fuqu wara pressjoni minn ommha, li wkoll gidbet fuqu, Camilleri nħeles u l-Pulizija ħadet passi kriminali kontrihom it-tnejn.

Huwa fetaħ kawża ċivili biex jingħata kumpens madankollu, għalkemm ismu tneħħa minn fuq ir-reġistru ta’ dawk li jabbużaw mit-tfal, kumpens ma ngħatax.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com