Ikompli S-Sostenn Lil Iben Futboler Fil-Bżonn.. Il-Goaler Taċ-Champions Joffri L-Ingwanti Tiegħu
L-istorja ta’ Luca fl-aħħar jiem literallment għaqdet il-komunita tal-Futbol f’Malta, liema komunita għadha qed tiġi f’tagħha minn daqqa oħra wara li b’mod prematur reġa twaqqaf l-istaġun tal-Futbol lokali.
Ninsabu viċin l-€14,000 f’ġabra li qed issir għal dan it-tfajjel, b’numru ta’ players li qed jgħinu b’kull mod li jistgħu lill-iben il-player Patrick Maia li qed jiġġieled il-marda tal-kanċer u f’dawn il-jiem beda bl-ewwel sessjoni ta’ terapija fit-triq twila għalih u t-tama ta’ kulħadd li tħalli l-frott li jfiq għal kollox u jkun jista jkompli b’ħajtu.
Fost il-players fuq quddiem nett f’din l-għajnuna hemm Romeu Romao ta’ Sirens, Dion Fava ta’ Senglea Athletic, Peter Paul Sammut u Mark Borg ta’ Pembroke Athleta u sieħeb Maia fit-tim Marsi, Philip Chircop.
Fl-aħħar ħin ġest ieħor nobbli din id-darba mill-goalkeeper taċ-Champions Ħamrun Spartans Manuel Bartolo, li qed joffri l-ingwanti tiegħu biex imorru għall-irkant għat-tifel ta’ Patrick Maia.
Maia, apparti Santa Lucia huwa ukoll ex player ta’ Ħamrun Spartans.
B’sms fuq 50616136 se jintlaqgħu offerti għall-ingwanti ta’ Manuel Bartolo, l-offerti jibdew minn €120, wieħed irid jikteb fil-messaġġ ‘Gloves MB auction’, l-irkant għal dawn l-ingwanti se jibqa’ miftuħ sa nhar il-Ħamis li ġej fis-7pm ta’ filgħaxija.
Huwa mifhum li Luca jeħtieġ sentejn ta’ trattamenti u kura f’din il-battalja li se jkun għaddej minnha, kif ukoll il-bżonn ta’ appoġġ lill-ġenituri tiegħu biex ispirati minn dan is-sostenn ta’ ħafna nies warajhom, gwidati ukoll mit-tobba u esperti oħra fil-qasam mediku, kemm jista’ jkun jegħlbu kull ostaklu, f’dan il-vjaġġ diffiċli iżda mhux impossibli għal binhom Luca.