Iktar Minn Kwart Ta’ Miljun Ewro Għall-Ġenituri Li Kellhom Jieqfu Mix-Xogħol

 Iktar Minn Kwart Ta’ Miljun Ewro Għall-Ġenituri Li Kellhom Jieqfu Mix-Xogħol

Sas-Sibt li ġej, kważi 600 familja se jkunu tħallsu l-benefiċċju temporanju għal dawk li ma setgħux jibqgħu jaħdmu minħabba l-għeluq tal-iskejjel.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, Familja u Drittijiet tat-Tfal qal li l-ispiża se taqbeż il-kwart ta’ miljun ewro.

732 familja ġew ikkonfermati li se jirċeivu l-benefiċċju għal min kellu joħroġ fuq leave bla ħlas biex jieħu ħsieb uliedu, filwaqt li l-ammont totali tal-applikazzjonijiet issa jgħodd mal-1,261.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com