Il-Bajja Tar-Rinella Se Titgawda Aħjar

 Il-Bajja Tar-Rinella Se Titgawda Aħjar

In-negozjati jinsabu fi stadju avvanzat sabiex il-faċilitajiet tat-tindif tat-tankijiet li hemm fil-Bajja tar-Rinella jitpoġġew f’post ieħor.

Dan ħabbru ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield.

Spjega li din hija wegħda li saret mill-istess Fondazzjoni u tifforma parti minn strateġija iktar wiesgħa iffukata fuq il-Kottonera.

Nhar it-Tnejn li ġej, il-Kumitat tal-Verifika tal-Parlament se jiddiskuti ir-rilokazzjoni tal-faċilitajiet tat-tindif tat-tankijiet.

B’hekk, Bedingfield innota li l-Bajja tar-Rinella se tkun tista’ titgawda aħjar bla xkiel, bla tniġġiż u bla irwejjaħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com