Il-Familji Maltin Għadhom Jiġġieldu Fuq Wirt?

 Il-Familji Maltin Għadhom Jiġġieldu Fuq Wirt?

Dari kienet iżjed komuni. Ma jfissirx li llum m’għadhiex tiġri… mur għid hekk lil min għaddej minn torment minħabba wirt?!

Imma kos, wieħed isaqsi; għaliex jinqala’ dan l-għawġ kollu? M’għandux wieħed ikun kuntent b’ li ħallewlu l-ġenituri? Mhux tagħhom kienu l-materjal li se jagħtu għall-wirt lil ħaddieħor? Mhux huma ħadmu għalih? Mhux huma jafu?

U mill-banda l-oħra, jekk ulied jgħinu u jagħmlu mal-ġenituri tagħhom, mhux għax iridu? Mhux rispett reċiproku ta’ kemm ħadu ħsiebhom u kabbruhom minn twelidhom? U li tagħmel mhux għall-imħabba? Jew biex tieħu xi ħaġa lura?

Diskussjoni li ma tintemm qatt. Biss, tajjeb wieħed jew waħda jaħseb sew dak li jagħmel b’daqqa ta’ pinna. Kapaċi toħloq gwerra wara mewtek… smajna b’każi ta’ suwiċidji, qtil u familji ma jitkellmux. Din hija realtà!

Ritratt: Tyrone Tribulations

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com