Il-Funeral Taż-Żgħażugħ Julian Spiteri Se Jsir Nhar Is-Sibt B’Quddiesa L-Università
L-aħħar tislima liż-żgħażugħ ta’ 19-il-sena Julian Spiteri ser tingħata nhar is-Sibt b’quddiesa fil-kappella tal-Università ta’ Malta fid-9.00 a.m. fejn hu kien qed jistudja l-liġi.
Julian Spiteri tilef ħajtu nhar il-Ħadd li għadda wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti tar-Rabat.
Mal-ġuvni ta’ 19-il sena kien hemm ħabib tiegħu li weġġa’ gravi u għadu qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.