Il-Ġermanja Jista’ Jkollha Kanċillier Ieħor Mara
Għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, il-Partit tal-Ħodor fil-Ġermanja ħabbar kandidat li se jkun qed jikkontesta l-kariga ta’ Kanċillier.
Fil-jum tat-Tnejn tħabbar li Annalena Baerbock se tkun l-ewwel għażla tal-Partit sabiex tieħu post Angela Merkel wara l-elezzjoni ta’ Settembru.
Qed ikun maħsub li Baerbock, li għandha 40 sena, se tkun l-unika mara għal din l-elezzjoni.
Il-Partit tal-Ħodor mistenni li jkun parti mill-Gvern Ġermaniż li jmiss, possibilment jaf ikun l-ikbar partit fil-koalizzjoni.
U jekk jiġri hekk, Annalena Baerbock tkun il-Kanċillier li jmiss u b’hekk jerġa jkun hemm mara f’dan l-irwol.
Ritratt: EPA