Il-Gvern Se Jerġa’ Jindirizza L-Inġustizzji Tal-Passat

 Il-Gvern Se Jerġa’ Jindirizza L-Inġustizzji Tal-Passat

Fl-istess ġimgħa li se jkun iċċelebrat Jum il-Ħaddiem, il-Ministru Michael Falzon ħabbar li l-Gvern se jerġa jindirizza l-inġustizzji tal-passat għall-5 sena konsekuttiva.

Fakkar li Gvern Laburista, għalkemm ma kienx obligat legalment li jagħmel dan, żamm il-wegħda elettorali li saret fl-2013 li jiġu indirizzati anomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi.

Dal-proċess reġa tnieda b’sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet mingħand eks membri tal-korpi mwaqqfa qabel l-1979, eks impjegati tal-Gas Board, eks apprentisti mal-Malta Electricity Board u eks ħaddiema tax-xatt.

Aktar minn 5,000 persuna se jkunu intitolati għal għotjiet li jitħallsu skont 3 skemi mfassla mill-Gvern, u li se jammontaw għal €10 miljun.

L-iskemi se jkunu ppublikati għada fil-Gazzetta tal-Gvern u jagħlqu fil-31 ta’ Lulju 2021.

Ritratt: Clodagh O’Neill / DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com