Il-Kaċċa Għas-Summien Tibda Mis-Sibt Li Ġej

 Il-Kaċċa Għas-Summien Tibda Mis-Sibt Li Ġej

L-istaġun tal-kaċċa għas-summien fir-rebbiegħa se jiftaħ nhar is-Sibt li ġej.

Dan wara li l-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjoni li saret mill-kumitat Ornis.

Dan l-istaġun se jibqa miftuħ sal-aħħar t’ April, u l-kaċċa hija permissibli biss minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar.

Il-kwota nazzjonali hija ta’ 2,400 summiena għal dan l-istaġun, filwaqt li ma hemm l-ebda kwota individwali.

Ġie rrimarkat li d-direttivi kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa huma applikabbli għal kulħadd, anke għall-kaċċa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com