Il-Kanadiżi Xettiċi Mill-COVID-19 Minħabba Sorsi Fl-Istati Uniti

 Il-Kanadiżi Xettiċi Mill-COVID-19 Minħabba Sorsi Fl-Istati Uniti

Miżinformazzjoni dwar il-COVID-19 qed tinfirex mill-Istati Uniti lejn il-Kanada, b’konsegwenza li qed ikunu mminati l-isforzi li għaddejjin biex tkun ikkontrollata l-pandemija.

Studju mmexxi minn McGill University wera li l-Kanadiżi li jużaw il-midja soċjali huma aktar probabli li jikkunsmaw din il-miżinformazzjoni, iħaddnu twemmin falz dwar il-Coronavirus u jispiċċaw ixerdu dan kollu.

Is-sit tal-istess università qal li ħafna Kanadiżi jemnu f’conspiracy theories, pariri mediċinali b’sors batut u informazzjoni li ċċekken l-importanza tal-virus.

Dan minkejja li kmamar tal-aħbarijiet u mexxejja politiċi fil-Kanada għamlu minn kollox biex joffru informazzjoni xjentifika affidabbli.

Wara li ġiet analizzata l-imġieba tal-iktar 200,000 Kanadiż li jagħmel użu minn Twitter, irriżulta li dawn huma iktar esposti għal informazzjoni li tkun ġejja mill-Istati Uniti milli dik ġejja minn sorsi domestiċi ta’ informazzjoni.

Sabu wkoll li l-espożizzjoni lejn kmamar tal-aħbarijiet tal-Istati Uniti hija marbuta mal-preċezzjonijiet ħżiena dwar il-COVID-19.

Barra minn hekk, instab ukoll li l-miżinformazzjoni li tkun iċċirkolata fuq Twitter mill-Kanadiżi kienet ġejja minn sorsi fl-Istati Uniti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com