Il-Kappillan Tal-Balluta Urtat Bil-Midja ‘Partiġġjana’ Tal-Knisja.

 Il-Kappillan Tal-Balluta Urtat Bil-Midja ‘Partiġġjana’ Tal-Knisja.
Fuq is-sit newsbook.com.mt ittella’ artiklu dwar voxpop li sar fil-Belt Valletta. Il-voxpop staqsa lin-nies dwar jekk jaqblux mad-dikjarazzjoni li għamlet il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, fejn kienet saħqet li wara l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Laburista għandu jiskuża ruħu mal-partitarji tiegħu u mal-pajjiż kollu.
Fil-kummenti, apparti baraxx ta’ persuni li kitbu kontra din l-idea mill-midja tal-Knisja, kien hemm ukoll il-Kappillan tal-Balluta Fr. Renald Lofreda fejn qal li dan l-argument m’għandhiex tidħol fih il-midja reliġjuża.
“Imbagħad niskantaw kif il-fiduċja tan-nies fil-knisja marret il-baħar. Ġibtu newsbook media partiġġjana”, kiteb Lofreda filwaqt li qal li jistħi jgħid li fid-djoċesi għandhom dan it-tip ta’ midja.
“Ma rridux nitgħallmu. Possibli ma tindunawx li qed turtaw ħafna nies b’ posts bħal dawn?”, enfasizza l-Kappillan u kompla billi kkritikahom li huma irresponsabbli u medjokri.
“Tinqdew bil-media tal-Knisja għall-aġendi personali tagħkom… u għax issibu r-riħ fil-qala.”
Intom x’taħsbu dwar dan?
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com