Il-Kawżi Mhux Urġenti Se Jibqgħu Jkunu Ddiferiti

 Il-Kawżi Mhux Urġenti Se Jibqgħu Jkunu Ddiferiti

Il-proċeduri u l-kawżi li mhux urġenti se jibqgħu ikunu ddiferiti għal wara l-aħħar t’ April.

Dan skont direttiva maħruġa mill-Prim Imħallef lejliet li tħabbar rilassament tal-miżuri ristrettivi b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus.

Il-Prim Imħallef irrimarka li l-Qori ma tistax minn ġurnata għall-oħra tbiddel il-mod kif tmexxi l-kawżi għall-avukati u għall-pubbliku.

Għaldaqstant, appella biex id-direttiva maħruġa minnu fil-bidu ta’ Marzu tibqa tkun segwieta.

B’rabta ma’ dan, il-Kamra tal-Avukati ħeġġet lill-membri tal-professjoni kollha biex jikkoperaw mad-direttiva tal-Prim Imħallef.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com