Il-Maltin Bl-Aqwa Numru Ta’ Snin F’Saħħa Tajba
Malta ġiet fl-ewwel u t-tieni post fi statistika maħruġa mill-Eurostat dwar kemm in-nisa u l-irġiel ikollhom snin minn ħajjtihom f’saħħa tajba.
B’mod speċifiku, l-istatistika tħares lejn l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea (flimkien man-Norveġja, Islanda u Svizzera), u tinvestiga in-numru ta’ snin li persuna hija mistennija tgħix mingħajr ma jkollha limitazzjoni attiva.
Dan l-ammont ta’ snin huwa rreġistrat fil-livell ta’ 73.5 fost in-nisa Maltin, u 72.9 fost l-irġiel Maltin.
Ċifri li jpoġġu lil Malta fl-ewwel u t-tieni post rispettivament.
Fil-fatt, l-Isvezja ġiet fit-tieni post fl-istatistika tan-nisa, u fl-ewwel post fl-istatistika tal-irġiel.
Il-medja tal-Unjoni Ewropea hija 65.1 fost in-nisa u 64.2 fost l-irġiel.
Proud of Malta’s #Health System: #Malta 🇲🇹 with longest Healthy Life Expectancy in the EU pic.twitter.com/gomxCe5Jd7
— Chris Fearne (@chrisfearne) April 3, 2021