Il-Masġar B’Tifkira Għall-Vittmi Tal-COVID-19 Se Jsir F’Raħal Ġdid
Iktar kmieni dax-xahar, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien ħabbar li l-Gvern għaddej bi pjan li joħloq masġar ta’ tifkira għall-vittmi kollha tal-pandemija li ġab miegħu il-COVID-19.
Fuq Twitter, Fearne qal li huwa żar is-sit fejn se jsir dan il-masġar, li se jkun f’Raħal Ġdid, ħdejn l-MCAST.
Il-pjan tal-masġar kien tħabbar sena wara li kienet irreġistrata l-ewwel mewt f’pajjiżna kawża tal-Coronavirus.
Illum żort is-sit fejn se jsir il-#masġar ta’ tifkira għall-vittmi tal-#Covid-19 f’Raħal Ġdid #FMS #MCAST pic.twitter.com/msSy3pataN
— Chris Fearne (@chrisfearne) April 24, 2021