Il-Maskri Iridu Jintlibsu Fis-Sajf Ukoll; Anke Jekk Tmur Il-Baħar – Il-Prof. Charmaine Gauci

 Il-Maskri Iridu Jintlibsu Fis-Sajf Ukoll; Anke Jekk Tmur Il-Baħar – Il-Prof. Charmaine Gauci

Waqt li kienet qed titkellem f’intervista ma’ Timesofmalta.com, il-Professur Charmaine Gauci qalet li fis-sajf il-maskri jridu jibqgħu jintlibsu, anke fejn il-baħar.

Il-Professur Gauci sostniet dan minkejja li fl-aħħar jiem tħabbar li sa Ġunju Malta se tkun laħqet il-herd immunity.

Hi sostniet li miżuri tal-maskri f’postijiet pubbliċi, il-ħasil tal-idejn u d-distanzi soċjali għandhom jibqgħu jiġu osservati.

Il-Professur Gauci qalet li bir-rilaxx tal-miżuri diġa qed nieħdu riskji, u allura għandna nibqgħu nosservaw il-miżuri li hemm fis-seħħ biex innaqsu r-riskji.

Dan ifisser ukoll li hekk kif tiżdied is-sħana f’pajjiżna, dan is-sajf l-ilbies tal-maskri f’post pubbliku ser jibqa’ fis-seħħ, kemm jekk immorru xi għawma kif ukoll jekk pereżempju torganizza Bar-B-Q, sakemm mhux fil-ħin tal-ikel.

L-użu tal-maskra sar mandatorju f’Ottubru li għadda u min ma josservax il-liġi jeħel multa ta’ €100.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com