“Il-Ministru Fetaħ Libell, U Anki Keith Schembri Kien Fetaħ Libell, Imma Kellu Jwaqqgħu” – Onor. Jason Azzopardi

 “Il-Ministru Fetaħ Libell, U Anki Keith Schembri Kien Fetaħ Libell, Imma Kellu Jwaqqgħu” – Onor. Jason Azzopardi

F’intervista ma’ Andrew Azzopardi fuq 103, il-Ministru Carmelo Abela u l-Membru Parlamentari Jason Azzopardi ddiskutew l-allegazzjonijiet li fl-aħħar jiem saru fil-konfront tal-Ministru Abela.

Fl-ewwel parti Andrew Azzopardi intervista lil Jason Azzopardi fejn saħaq li dak li qal hu fl-aħħar jiem, inkluż dak li qal fil-parlament, huwa kollu magħmul minn informazzjoni li kienet diġà fid-dominju pubbliku. Jason Azzopardi nsista li mhux se jżid ma’ li qal u li dak li għandu jgħid se jgħidu fil-qorti. Azzopardi qal ukoll li x-xogħol li allegatament sar fir-residenza privata tal-Ministru minn ħaddiema tal-gvern huwa forma ta’ serq skond il-liġi. Huwa temm jgħid li jħoss li l-kabinett preżenti huwa “kabinett tal-kriminali” filwaqt li insista li l-libell li fetaħ il-Ministru Abela fl-aħħar sigħat aktarx li jkollu jwaqqgħu. “Infetaħ libell… tajjeb… anke Keith Schembri kien fetaħ libell kontra Simon Busuttil, imbagħad kellu jwaqqgħu”, qal Jason Azzopardi.

Ara x’qal il-Ministru Carmelo Abela permezz ta’ dan l-artiklu jew il-filmat t’hawn taħt:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com