Il-PL Jgħid Li S-Sentenza Tal-Qorti Ewropea Turi Li L-Attakk Nazzjonalista Huwa Inġust

 Il-PL Jgħid Li S-Sentenza Tal-Qorti Ewropea Turi Li L-Attakk Nazzjonalista Huwa Inġust

Is-sentenza mogħtija llum mill-Qorti Ewropea tikkonferma kemm l-attakk li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna inġust, filwaqt li qiegħed kontinwament jattakka lil Malta barra minn xtutna.

Dan sostnih il-Partit Laburista wara li l-Qorti Ewropea qalet li l-Gvern Malti nstab li ma kiser l-ebda liġi Ewropea bl-għażla tal-ġudikanti.

L-istqarrija kompliet tgħid li lil hinn mid-diskors partiġġjan, ir-riformi fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna kienu mill-iktar ambizzjużi, bis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tikkonferma r-rieda tal-Gvern preżenti li jimmodernizza l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Il-Partit Laburista temm jgħid li dan hu test ieħor għal Bernard Grech biex mhux biss jieqaf jattakka l-istituzzjonijiet u jieqaf idoqq l-istess diska tal-predeċessur tiegħu, iżda għandu wkoll jikkundanna lil Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia li barra minn xtutna jagħmlu manuvri kontra pajjiżna.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com