Il-PN Jiċħad L-Għajdut Li Ser Jibdel L-Arma Tal-Partit

 Il-PN Jiċħad L-Għajdut Li Ser Jibdel L-Arma Tal-Partit

Wara l-istorja bit-titlu “L-Arma Tal-PN Fost “Id-Deċiżjonijiet Iebsa” Ta’ Bernard Grech?” maħruġ it-Tlieta fuq Strada Rjali u li fih ntqal li diversi  persuni kienu qed jgħidu li fost id-deċiżjonijiet hemm dik li tinbidel l-arma tal-Partit Nazzjonalista, kelliem tal-Partit Nazzjonalista ċaħad kategorikament dak li ntqal u sostna mhux minnu u m’hemm l-ebda pjan li tinbidel l-arma tal-Partit Nazzjonalista.

L-istorja kienet pubblikata wara li t-Tnejn il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li wasal iż-żmien li jittieħdu deċiżjonijiet iebsa u mhux popolari meta kien qed jitkellem dwar ir-riżultat ta’ żewġ surveys li ħarġu l-Ħadd.

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-Partit Nazzjonalista, b’kuntrarju għall-Partit Laburista huwa kburi bl-istorja tiegħu u għalhekk jiċħad li hemm ħsieb li tinbidel l-arma tal-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com