Il-Prim Ministru Mitlub Jintervjeni
Iktar minn 150 resident u bidwi miż-żona ta’ bejn Ħal Qormi u l-Imrieħel appellaw lill-Prim Ministru sabiex jintervjeni personalment fuq il-kwistjoni li għaddejja bħalissa dwar il-flyover u t-twessigħ tat-triq fil-bypass tal-Imrieħel.
Fl-ittra esprimew it-tħassib tagħhom fuq l-impatt li l-proġett infrastrutturali se jkollu mhux biss fuq ir-residenti iżda fuq il-lokalità kollha ta’ Ħal Qormi.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ħareġ bi proposta alternattiva, li kienet tinkludi underpass minflok il-flyover propost minn Infrastructure Malta, u li ma kienx iwassal għal telf ta’ għelieqi.
Dawk kollha li ffirmaw l-ittra talbu lill-Prim Ministru Robert Abela jikkunsidra l-proposta tal-Kunsill Lokali, hekk kif jemnu li din se ssolvi l-kwistjoni ta’ sigurtà li hemm f’junction partikolari fl-istess triq.
Ritratt: DAAA Haus