Il-Pubbliku Jista’ Jwassal Leħnu Fil-Proċess Ta’ Governanza Aħjar Fil-Futbol Malti

 Il-Pubbliku Jista’ Jwassal Leħnu Fil-Proċess Ta’ Governanza Aħjar Fil-Futbol Malti

Bħalissa fil-Malta Football Association għaddejjin riformi kbar fejn tidħol governanza bil-għan li jiġu ndirizzati materji mportanti bħal m’huma l-integrita, etika, liċenzjar tal-klabbs u r-reviżjoni tal-istatut.

Il-Malta FA nediet dokument ta’ konsultazzjoni pubblika konformi mal-bidliet li għaddejjin bħalissa u wara diskussjonijiet mal-istakeholders ewlenin li segwew rappreżentazzjonijiet mal-UEFA u l-FIFA.

Il-proposti marbuta ma’ governanza tajba għandhom l-għan li jkun hemm aktar kontabilita fid-deċiżjonijiet meħuda u li jiddeterminaw it-triq il-quddiem fil-ħidma bla waqfien biex il-logħba tal-ballun f’pajjiżna tagħmel qabża fil-kwalita.

Id-diskussjonijiet mal-klabbs u membri oħra fl-Assoċjazzjoni issa lesti u wasal il-mument għal ideat tal-pubbliku f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, fejn l-MFA se tkun qed tilqa’ suġġerimenti fejn tidħol triq il-quddiem għall-governanza aħjar fl-aspirazzjoni kollettiva li l-Futbol Malti jimxi ‘l quddiem.

Is-sottomissjonijiet u l-ideat f’dan ir-rigward għandhom jintbgħatu b’email fuq [email protected] sal-Ħadd disgħa ta’ Mejju li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com