Il-Pulizija Tidentifika Lir-Raġel Li Nstab Mejjet Fil-Latrina F’Ħal Lija
Wara li jumejn ilu raġel instab mejjet ġewwa latrina pubblika f’Ħal Lija, il-pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha, kif ukoll il-proċess ta’ identifikazzjoni.
Jidher li issa l-vittma ġie identifikat bħala raġel ta’ 42 sena li kien joqgħod ġewwa Birkirkara.
Fi stqarrija qasira l-Pulizija qalet li l-inkjesta maġisterjali fuq il-każ u l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin.