Il-Vawċers Il-Ġodda Mistennija Jitqassmu Ftit Ġimgħat Wara Li Jerġgħu Jiftħu R-Ristoranti
Il-vawċers il-ġodda biex jissarrfu f’ristoranti, lukandi u ħwienet Maltin ser jitqassmu ftit ġimgħat wara li jerġgħu jiftħu r-ristoranti.
Dan kien rappurtat fit-Times of Malta wara laqgħa li l-assoċjazzjoni tar-ristoranti kellha ma’ rappreżentanti tal-Gvern.
Filfatt nhar it-Tnejn ser jiftħu l-ħwienet u s-servizzi mhux essenzjali waqt li kien rappurtat, iżda sa issa mhux konfermat li r-ristoranti mistennija jiftħu fl-10 ta’ Mejju li ġej.
Ir-ristoranti flimkien ma’ ħwienet oħra ilhom magħluqa minn Marzu li għadda waqt li l-Bars ilhom magħluqa minn Ottubru u mhux mistennija jifħtu qabel l-1 ta’ Ġunju meta ser jiftaħ ukoll it-Turiżmu.
Minn naha tiegħu il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ċaħad li l-vawċers ser jitqassmu fil-viċin.