“Il-Virus Tal-Injoranza Jibqa’ Jiddomina” – Is-Sindku Tal-Mellieħa
Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella wera d-diżappunt tiegħu għal mod kif persuni ħammġu l-bajja t’Għajn Tuffieħa wara li hemm laned tal-iskart saħansitra għal dak li jista’ jkun irriċiklat.
Tenna li kif inutli tipprovdi l-affarijiet neċessarji u żżid l-infurzar fuq il-bajjiet għax il-virus ikraħ tal-injoranza jibqa’ jiddomina.
“Possibli dawn li ħamġu l-bajja ma ndunawx li qed jitfgħu skart li jinġarr lejn il-baħar fejn propju huma stess qed jinżlu jgħumu.”
Fuq nota pożittiva, is-Sindku rringrazzja lil dawk kollha li jgħinu biex l-ambjent u l-indafa jkunu prijorijità kif ukoll lil dawk li organizzaw bosta ‘clean ups’ u tindif ieħor bla daqq ta’ trombi.
J’Alla nitgħallmu xi darba!