Imut Il-Malti Ta’ 47 Sena Li Marad Bil-Covid-19 Fl-Indja
Miet il-Malti ta’ 47 sena li fl-aħħar jiem marad bil-Covid-19 fl-Indja. Huwa kien mistenni jasal Malta permezz ta’ air ambulance illejla.
Il-Malti miet fl-aħħar sigħat wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar. Huwa kien jinsab fl-Indja flimkien ma’ martu ta’ madwar 40 sena biex jadottaw tifla.
Il-koppja marret l-Indja fil-bidu ta’ dan ix-xahar meta s-sitwazzjoni kienet għadha mhix gravi.
L-istess sorsi spjegaw li r-raġel kellu jiddaħħal għall-kura fi sptar ‘il barra minn New Delhi.
Anke martu ħadet il-virus imma l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa. Lanqas m’hi magħrufa l-kundizzjoni tat-tifla.
Is-sitwazzjoni fl-Indja hija waħda allarmanti hekk kif fl-aħħar ġimgħa l-pajjiż ra l-ikbar żieda fil-każijiet mid-dinja kollha.