Inċident B’Mutur Fin-Naxxar
Rumen ta’ 31 sena residenti n-Naxxar, għal xi s-1300hrs, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Jidher li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda ADV, tilef il-kontroll u waqa’.
Ir-Rumen, aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.