Investiment Ta’ €1.3 Miljun Fuq Iċ-Ċentru Nazzjonali Tat-Tennis F’Pembroke

 Investiment Ta’ €1.3 Miljun Fuq Iċ-Ċentru Nazzjonali Tat-Tennis F’Pembroke

Hekk kif bdew ix-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f’Pembroke, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-proġett jifforma parti minn viżjoni li se tħejji lil pajjiżna biex ikun jista’ jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa sentejn oħra.

Spjega li dan l-investiment ta’ €1.3 miljun f’faċilità mill-aqwa jur kemm il-Gvern huwa ta’ spalla għan-nies fil-komunitajiet biex jagħmlilhom differenza f’ħajjithom.

Grima sostna li sabiex il-pajjiż ikompli jikseb suċċessi f’diversi setturi, jeħtieġ li t-tkabbir u l-investiment li diġa sar fl-atleti Maltin ikunu sostnuti bi proġetti li jgħollu l-livell tal-infrastruttura sportiva f’pajjiżna.

Fl-ewwel fażi tal-proġett se jinbnew sitt tennis courts, u matulu se jkun hemm xogħlijiet relatati ma’ tħaffir, elettriku, asfaltar tal-art, fencing mal-madwar u parkeġġ għall-karozzi. Il-court prinċipali se jkollu wkoll stands għall-ispettaturi u anke changing rooms.

Fit-tieni fażi se tinbena tennis house, u li fiha se jkun hemm uffiċini, boardroom, physio room, gym, lounge u store.

Ritratt: Omar Camilleri / DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com