“Irridu Nbiddlu L-Attitudni. Ma Rridux Naħsbu Li Aħna Biss Għandna Dritt Li Niggvernaw” – Bernard Grech

 “Irridu Nbiddlu L-Attitudni. Ma Rridux Naħsbu Li Aħna Biss Għandna Dritt Li Niggvernaw” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech dalgħodu kien intervistat minn Neil Camilleri, Editor in Chief ta’ The Malta Independent.

Grech beda billi qal li jikkonferma li saru avvanzi fis-surveys iżda rridu nirrikonoxxu li mhux biżżejjed biex ningħataw il-fiduċja tal-poplu biex niggvernaw. “Tajjeb nifhmu li l-elettorat Malti ilu jibagħtilna messaġġi li rridu niġġeddu.”

Spjega kif minn meta kien fil-kampanja tal-Kap, hu ried li jagħti spazju biex il-partit jiġġedded u qal li l-elettorat Malti ma jridx biss jara lil dawn in-nies f’konferenza iżda jrid jarahom fil-parlament. Qal ukoll li l-elettorat ma jridx biss jara żgħażagħ iżda nies li huma kapaċi jmexxu.

Spjega kif fil-Kunsill Ġenerali hemm pjanati numru ta’ tibdil biex jinbidlu l-istrutturi. Tenna wkoll li fil-ballot sheet, il-pubbliku jrid ikollu għażla. Hawnhekk semma kif ma jfissirx li n-nies preżenti mhumhiex tajbin iżda hemm bżonn nagħtu spazju lil nies ġodda.

“Irridu nibdlu l-attitudni. Jekk hemm nies fil-PN u fil-grupp Parlamentari, lanqas huma m’huma welcome iktar fil-PN”, tenna l-Kap tal-PN bernard Grech. Qal li l-elettorat Malti jrid attitudni ġdida fil-partit u li ma naħsbux li aħna aħjar minn kullħadd, li aħna ma naħsbux li aħna l-bidu u t-tmiem ta’ kollox… attitudni umli li biha rridu nersqua biha quddiem l-elettorat.

Irridu nuru lill-elettorat li aħna nbdilna mhux biss fl-uċuh, imma anke fil-policies u l-attitudni u nkunu hemm għall-individwu. L-attitudni li nħarsu mill-għoli lejn in-nies, mhix aktar aċċettabbli fil-Partit Nazzjonalista.

Meta mistoqsi minn Neil Camilleri jekk hemmx deputati li qed jifhmu li wasal żmien biex jagħtu spazju, Grech qal li l-pubbliku qed jagħti messaġġ ċar dwar dan. Spjega kif hu għandu obbligu li jagħmel dan u jippreferi jitlef għax prova milli baqa’ ass u ma ppruvax.

Dwar is-surveys, qal li sar avvanz imma mhux biżżejjed. Spjega kif irid isir it-tibdil b’policies tajbin u proposti biex isir il-pass meħtieġ. Grech qal li jrid jara esperjenza ta’ uċuh li diġà hemm u uċuh ġodda għaliex l-elettorat irid jara x’se jkun qed joffri aħjar il-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com