Is-Saħħa U S-Sigurtà Fuq Il-Post Tax-Xogħol; Aħjar Mix-Xejn?

Is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija priorità, madanakollu ta’ sikwiet nosservaw nuqqasijiet kbar.
Dalgħodu waslilna dan ir-ritratt ta’ persuna qed iżżomm persuna oħra b’ħabel waqt li qed jixxabbat, bla dubju li huwa pass ‘l quddiem iżda żgur li mhux il-mod kif l-affarijiet għandhom isiru, dan għaliex flok persuna waħda, hemm żewġ persuni qed jirriskjaw ħajjiethom.