Is-Serqa Tat-Tarzna
Fit-22 t’April tal-1948 kienet saret dik li baqgħet tissejjaħ ‘Is-Serqa tat-Tarzna.’ Il-ġurnata kienet il-Ħamis u kollox seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu.
It-trakk tan-Navy Ingliża, li kien qed iġorr il-pagi u s-salarji tal-ħaddiema tat-Tarzna, kien ġie mwaqqaf minn erbat irġiel armati bejn ir-roundabout ta’ Kordin u dik ta’ ħdejn il-Knisja tal-Kappuċċini.
Fuqu kellu 126, 740 Sterlina Ngliża miġbuda mill-fergħa tal-Barclays Bank tal-Belt Valletta.
Kienet serqa li baqgħet tissemma u li ħasdet lill-pubbliku għaliex għalkemm is-serq dejjem eżista, din kienet xi ħaġa ġdida għall-poplu Malti; serqa bi stil li sejħulha ‘Ta’ Hollywood.’
Fid-29 t’April, sitt irġeil tressqu quddiem il-Maġistrat E. Grima. Wieħed minnhom ħa l-proklama.
Ritratt: wikiwand