It-Temp Se Jisħon F’Daqqa – It-Temperatura Mistennija Titla’ Sa 28°C

 It-Temp Se Jisħon F’Daqqa – It-Temperatura Mistennija Titla’ Sa 28°C
Sistema ta’ maltemp fiI-Punent u antiċiklun fil-Lvant tal-Mediterran se jġibu kurrenti meridjonali u sħan fuq il-gżejjer Maltin matul il-ġimgħa d-dieħla.
It-temp se jkun ġeneralment bnazzi fil-jiem kollha tal-ġimgħa d-dieħla u se jisħon f’daqqa, bi sħab għoli f’xi jiem u waqtiet. Fl-iljieli kalmi tifforma n-nida u xi ċpar mas-sebħ mhux eskluż.
Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif matul il-ġimgħa kollha, l-aktar mix-Xlokk (SE) u direzzjonijiet tan-Nofsinhar.
Madankollu r-riħ se jitqawwa (bil-buffuri sa Forza 7) mix-Xlokk fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn 26/4 u t-Tlieta 27/4.
It-temperatura massima se tiżdied konsiderevolment minn ~22°C (daqs il-medja) għada t-Tnejn 26/4 għal ~28°C sa tmiem il-ġimgħa.
It-temperaturi minimi wkoll se jaraw żieda sostanzjali minn ~13°C għal 18°C.
It-temperatura tal-baħar issa tinsab f’medja ta’ 17°C, li hi madwar 1°C inqas mill-medja staġjonali għall-aħħar t’April.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com