It-Toroq Fir-Renju Unit “Jixbhu L-Wiċċ Tal-Qamar”
Fil-passat ta’ spiss konna naħsbu li hija normali għal Malta biss li t-toroq ikunu kkaratterizzati minn diversi ħofor.
Iżda dan mhux il-każ skont RAC, li ma’ Sky News qalet li ħafna mit-toroq Ingliżi qishom il-wiċċ tal-qamar.
Dan intqal wara li l-kumpanija Ingliża rreġistrat żieda rekord fl-ammont ta’ breakdowns relatati ma’ ħofor fit-toroq.
Fl-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena, RAC irċeviet kważi 5,000 sejħa għal vetturi li kellhom xi ħsara jew oħra kkawżata minn ħofor.
Ċifra li hija tliet darbiet iktar mill-aħħar tliet xhur tal-2020.
Il-każijiet li ltaqgħet magħhom il-kumpanija RAC kienu jinkludu roti mgħawġa, molol tas-suspensions imkisrin jew ħsara fix-shock absorbers.
Nicholas Lyes, rappreżentant ta’ RAC, qal li ħafna sewwieqa qed ikollhom jagħmlu użu minn toroq li f’ħafna sitwazzjonijiet jixbhu l-wiċċ tal-qamar.
Sostna li ħafna toroq jinsabu fi stat tal-biki sabiex jitranġaw, u indika li numru ta’ kunsilli, li huma responsabbli mit-tiswija tat-toroq, mhux qed jirranġawhom kif suppost.
Ritratt: Sky News