Jiċċelebra L-10 Sena Ma Jpejjipx – Jgħid Li Ffranka Mal-€25,000

 Jiċċelebra L-10 Sena Ma Jpejjipx – Jgħid Li Ffranka Mal-€25,000

Paul Dimitri li huwa magħruf fid-dinja tal-ikel u l-kċina, tella’ post fuq facebook ifakkar l-10 anniversarju tiegħu minn meta waqaf ipejjep.

Qal li jekk jikkunsidra kollox, ikun iffranka mal-€25,000. “Għażilt saħħti u nħossni ħafna aħjar”, tenna Dimitri li għamel dan il-pass waħdu.

Jekk inti tixtieq tieqaf tpejjep, illum hawn il-mezzi li lesti jgħinuk. Idħol fuq: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/Pages/Services/Quit-Smoking.aspx 

Hemmhekk issib sapport anke individwali f’servizz li huwa offrut b’xejn kull nhar ta’ Erbgħa fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Furjana, Mosta u anke Raħal Ġdid bejn il-17.00 u s-19.00. Dan is-servizz huwa offrut ukoll fl-isptar ġenerali t’Għawdex.

Tiddejjaqx tieħu dan il-pass għal saħħtek aħjar!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com