“Jien Waħda Mill-Ixxurtjati…” – Mary Jane Cutajar
Aktar kmieni dan ix-xahar diversi qraba u ħbieb ta’ Mary Jane Cutajar appellaw għat-talb, hekk kif din il-mara kienet għaddejja minn diffikultajiet serji ta’ saħħa.
Mary Jane illum tinsab ħafna aħjar u permezz tal-midja soċjali xtaqet tirringrazzja lil dawk kollha li kienu hemm għaliha.
Hija qalet li hija kienet waħda mill-iffurtunati li rnexxielhom jirkupraw u joħorġu mill-isptar. Hija rringrazzjat lil dawk kollha li talbu għaliha, kif ukoll lill-istaff ta’ Mater Dei li għinuha terġa’ tieħu l-ħajja meta kienet ħassitha li misset il-qiegħ. Hija saħqet li qatt m’hi ser tinsa dak li għamlu magħha!